Segwi il-video hawn taħt biex tara kif tamministra Sileo®
1. Imbotta biex tkisser is-siġilli.
2. Imbotta l-buttuna u iġbed biex tiftaħ.
1. ILBES L-INGWANTI
Ilbes ingwanti impermeabbli li jintremew wara li jintużaw meta timmaniġġja l-prodott mediċinali veterinarju u meta timmaniġġja s-siringa orali.
2. ŻOMM IL-PLANĠER
Żomm il-planġer tas-siringa orali b'tali mod li tkun tista' tara l-marki tat-tikek.
3. DAWWAR L-ISKORFINA
Żomm il-planġer u dawwar l-iskorfina lejn il-bettija biex tagħżel id-doża li l-veterinarju tiegħek ordnalek tuża għall-kelb tiegħek. Tiġbidx il-planġer!
4. ISSETTJA D-DOŻA
Poġġi l-iskorfina tad-dożaġġ b'tali mod li n-naħa li tkun l-eqreb lejn il-bettija tkun bi dritt il-marka tal-gradwazzjoni (sinjal iswed), u n-numru meħtieġ ta' tikek jidher bejn iċ-l-iskorfina tad-dożaġġ u l-bettija.
5. IKKONFERMA D-DOŻA
Aċċerta li tista’ tgħodd it-tikek mill-parti t-tajba tal-planġer (muri bl-isfar) u li l-iskorfina qiegħda mal-marka tal-gradwazzjoni (muri bil-vleġġa safra).
6. DOŻI SUSSEGWENTI
Biex tagħti d-dożi sussegwenti mill-istess siringa: Irrepeti l-partijiet preċedenti tal-istruzzjonijiet;“4. Issettja d-doża” u “5. Ikkonferma d-doża”.
7. IĠBED L-GĦATU (ISSIKKAT)
Iġbed l-għatu bis-saħħa filwaqt li żżomm il-bettija. Nota l-għatu hu ssikkat ħafna (iġbed, tilwix). Żomm l-għatu fejn issibu ħalli tkun tista' terġa tpoġġih f'postu.
8. DOŻA F'ĦADDEJN IL-KELB
Poġġi t-tarf tas-siringa orali bejn ħaddejn il-kelb u l-ħanek u agħfas il-planġer sakemm l-iskorfina tad-dożaġġ jikkawża li l-planġer jieqaf.
9. MHUX BIEX JINBELA’
IMPORTANTI: Il-ġell m’għandux jinbela’. Jekk il-ġell jinbela’, jista’ ma jkunx effettiv.
10. POĠĠI LURA FIL-PAKKETT
Erġa' poġġi l-għatu tas-siringa orali f'postu u poġġih lura fil-pakkett ta' barra, għax il-prodott hu sensittiv għad-dawl. Aċċerta ruħek li l-kartuna tkun magħluqa kif suppost. Żomm il-pakkett fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal il-ħin kollu. Neħħi u armi l-ingwanti.